Perit Stephen Bonello ggradwa fl-Arkitettura u l-Inġinerija Ċivili mill-Università ta’ Malta
fl-1988 u fl-2014 kiseb MSc fl-Inġinerija Strutturali mill-Università ta’ Surrey, fir-Renju Unit.
Fl-2014 inħatar Kap tat-Taqsima tal-Ilma tax-Xita u l-Immaniġġjar tal-Widien u fl-2018 inħatar Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura. Minn Lulju 2025 beda jokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet fi ħdan id-Dipartiment
tax-Xogħlijiet Pubbliċi.
PERIT NADIA GATT CURMI
Il-Perit Nadia Gatt Curmi hija perit u uffiċjal pubbliku, magħrufa għall-ħidma tagħha
fis-settur tal-infrastruttura u x-xogħlijiet pubbliċi f’Malta. Hija bdiet il-karriera tagħha
fis-settur privat qabel ma’ daħlet fis-servizz pubbliku, fejn fl-2017 inħatret Direttur
tad-Direttorat tal-Iddisinnjar tal-Proġetti u Inġinerija. Mill-2025, il-Perit Gatt Curmi inħatret Direttur Ġenerali tat-Taqsima tal-Proġetti Komunitarji fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. L-esperjenza estensiva tagħha fit-tfassil, l-immaniġjar u l-implimentazzjoni
ta’ proġetti nazzjonali ta’ infrastruttura u restawr huma ta’ importanza għall-irwol tagħha
fit-tmexxija ta’ proġetti kbar infrastrutturali u dawk ta’ restawr, inklużi spazji pubbliċi, riġenerazzjoni ta’ siti urbani, siti ta’ wirt kulturali u żvilupp ta’ diversi bandli.