IL-MISSJONI TAGHNA

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi (li jinkorpora miegħu d-Diviżjoni
tal-Proġetti tal-Komunità u d-Diviżjonijiet tax-Xogħlijiet) jopera f’ xenarju soċjoekonomiku u politiku uniku, fejn id-daqs u d-densita’ għolja
tal-popolazzjoni tal-pajjiż joħolqu sfidi u opportunitajiet distinti
għall-immaniġjar tal-infrastruttura. Id-Dipartiment huwa ffukat fuq
l-effiċjenza u l-effikaċja, b’ approċċ iċċentrat fuq il-klijent u impenn qawwi tal-partijiet interessati. Responsabbli għal portafoll wiesa’ ta’ infrastruttura urbana u naturali, id-Dipartiment għandu rwol ewlieni fil-promozzjoni
tas-sostenibbiltà fil-fażijiet kollha tal-proġetti tiegħu, mid-disinn,
l-implimentazzjoni u l-manutenzjoni. Dawn il-prijoritajiet huma riflessi
fil-Viżjoni u l-Missjoni tad-Dipartiment, li jenfasizzaw l-impenn tiegħu li jibni r-reżiljenza tal-pajjiż, isaħħaħ l-ambjent mibni, jissalvagwardja ż-żoni kostali, jipprovdi gwida teknika lill-Gvern, u jtejjeb il-kwalita’ tal-ħajja
għall-komunità.

Viżjoni

Li jtejjeb l-ambjent mibni u ż-żoni kostali għall-komunitajiet; u li jipprovdi għarfien espert tekniku lill-Gvern fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġetti.

Missjoni

Li jwettaq xogħlijiet u proġetti, immirati biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tal-ambjent mibni u
ż-żoni kostali, b’ mod sostenibbli, għall-benefiċċju tal-komunitajiet; u li jipprovdi kompetenza teknika lill-Gvern fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-proġett.

Funzjonijiet

Diviżjoni tal-Proġetti tal-Komunità

Li jiddisinja, jippjana u jamministra proġetti maħsuba għall-użu pubbliku, inkluż it-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi, il-bini u r-rinovazzjoni ta’ spazji miftuħa, u t-twettiq ta’ inizjattivi u proġetti għall-benefiċċju tal-komunità lokali u l-pubbliku.

Diviżjoni tax-Xogħlijiet

Li jfassal, jippjana u jwettaq xogħlijiet maħsuba għall-użu tal-pubbliku ġenerali, jivvaluta
r-riskji ta’ sikurezza pubblika, jipprovdi għarfien espert tekniku lill-Gvern fis-servizzi ta’ disinn, implimentazzjoni, u manifattura ta’ proġetti, iżomm il-proġett nazzjonali għat-taffija
tal-għargħar, iwettaq ippjanar strateġiku u jimplimenta miżuri preventivi u ta’ emerġenza
fiż-żoni kostali u jiddisinja u jiċċertifika sistemi ta’ tifi urban u ta’ taffija tal-għargħar, inklużi proġetti ta’ rkupru tal-ilma.