Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jopera fi ħdan struttura definita, li tinkludi żewġ diviżjonijiet ewlenin — Diviżjoni tal-Proġetti tal-Komunità u d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet — it-tnejn appoġġati minn direttorati u taqsimiet speċjalizzati biex jiġi żgurat it-twassil effettiv tal-infrastruttura u s-servizzi pubbliċi.
Id-Diviżjoni tal-Proġetti tal-Komunità tmexxi l-ippjanar u d-disinn tal-infrastruttura pubblika, billi tikkoordina mal-partijiet interessati biex ittejjeb l-ambjenti Komunitarji. Permezz tad-Direttorati tagħha, hija twettaq firxa varjata ta’ proġetti, fosthom it-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi, bini u r-rinnovazzjoni ta’ spazji miftuħa, u t-twettiq ta’ inizjattivi u proġetti għall-benefiċċjutal-komunita’ lokali u tal-pubbliku inġenerali.
Permezz tad-Direttorati tagħha, id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet tiffoka fuq l-immaniġjar ta’ proġetti li jsiru mid-diviżjoni stess, tappoġġja lill-komunità lokali fl-inizjattivi tagħhom, tfassal u twettaq xogħlijiet għall-użu pubbliku, tipprovdi għarfien tekniku lill-Gvern fis-servizzi ta’ tfassil, implimentazzjoni, u manifattura ta’ proġetti, tieħu ħsieb il-proġett nazzjonali għat-taffija tal-għargħar, timplimenta miżuri preventivi u ta’ emerġenza fiż-żoni kostali, u tfassal sistemi urbani ta’ runoff u ta’ taffija tal-għargħar, inklużi proġetti ta’ rkupru tal-ilma.
Is-sapport units għaż-żewġ Diviżjonijiet jinkludu Quantity Surveying, Health and Safety, Landscaping, Precincts u Procurement biex jiġi żgurat li x-xogħlijiet pubbliċi kollha jilħqu l-ogħla standards ta’ sigurtà, kwalità, u sostenibilità.