IL-MISSJONI TAGHNA

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport,
l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi iwettaq proġetti biex jitjieb l-ambjent għall-benesseri tal-pubbliku, fuq il-livell tal-komunità lokali, filwaqt li jimpenja ruħu fl-ippjanar, id-disinn, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni ta' proġetti kapitali maġġuri, azzjonijiet u miżuri fuq skala reġjonali jew nazzjonali, biex jiġu indirizzati l-isfidi kurrenti u dawk emerġenti ta' tibdil fil-klima u l-miri ta' żvilupp sostenibbli.

L-Objettivi tal-policy biex jinkisbu l-miri ta' żvilupp sostenibbli u azzjoni favur il-klima

Ġew identifikati ħames oqsma bħala “Mogħdijiet għas-sostenibbiltà”​:

  • Protezzjoni mir-riskji tal-klima għall-kosta
  • Effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-bini
  • Immaniġġjar integrat tal-ilma tax-xita
  • Ambjent urban u mobilità sostenibbli
  • L-użu ta’ soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u infrastruttura ħadra f’kull punt imsemmi hawn fuq u b’mod iktar wiesa’.
Il-Viżjoni tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi hija li:
  • Jippjana, jikkoordina u jimplimenta proġetti u inizjattivi li jiffokaw fuq azzjoni konkreta
    fil-ħames mogħdijiet għas-sostenibbiltà;
  • Jipprovdi punt ta’ riferiment nazzjonali u jagħti spinta lill-SDGs u l-Azzjoni favur il-Klima, permezz tal-funzjonijiet tax-xogħol eżekuttiv tiegħu billi jorjenta l-għanijiet tal-policy favur dawn il-ħames oqsma speċifiċi bħala l-pilastri tal-funzjonijiet ewlenin tiegħu;
  • Jinvolvi lill-istakeholders, jikkordina azzjonijiet kollettivi fil-prattika, u jikkontribwixxi għal għanijiet ta’ policy nazzjonali u internazzjonali fuq Miri ta’ Żvilupp Sostenibbli u Azzjoni favur il-Klima f’dan l-approwċ ibbażat fuq il-ħames binarji.