Waslu fil-fażi finali x-xogħlijiet ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni ta’ spazju miftuħ u ġnien li jinsab ġewwa Dar il-Kaptan fl-Imtarfa. Ix-xogħlijiet jinkludu l-iddisinjar mill-ġdid ta’ din il-medda, li minn żona mitluqa issa se tibda’ sservi ta’ post ta’ rikreazzjoni, support u mistrieħ. Qed jiġu mħawla numru ta’ siġar u arbuxelli, kif ukoll tqiegħed pavimentar ġdid li jixraq mal-post. Dan kollu se jiġi kkumplimentat b’għamara ta’ barra u tagħmir modern ieħor ta’ rikreazzjoni u eżerċizzju. Ġew installati lanterni ġodda b’lampi li jikkunsmaw inqas filwaqt li jdawlu aħjar il-post, kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni għall-pjanti u s-siġar
B’hekk il-proġetti tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi jkomplu jkunu ta‘ ġid għall-pubbliku, għall-komunità u għall-għaqdiet li jagħmlu tant ġid fi ħdanha.