Il-ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi se jibdew jagħmlu użu minn inġenji ġodda bil-għan li l-ħidma tad-dipartiment issir aktar sostenibbli, sigura u effiċjenti.

Fi stqarrija ġie spjegat li b’investiment li jiżboq in-nofs miljun ewro l-inġenji l-ġodda se jieħdu post dawk aktar antiki u li kienu qed jagħtu diffikultajiet waqt ix-xogħlijiet.

Fost oħrajn id-dipartiment investa f’ħames trakkijiet ġodda ta’ 16-il tunnellata ‘l wieħed li se jintużaw għall-ġarr ta’ materjal tal-kostruzzjoni u merkanzija oħra, erba’ karrijiet ta’ tliet tunnellati u nofs biex jintużaw għall-ġarr ta’ inġenji żgħar u żewġ rombli ta’ żewġ tunnellati li se jintużaw għal xogħol ta’ manutenzjoni ta’ toroq.

Fi żjara fil-garaxx tal-Gvern f’Kordin, is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia stqarr illi dan l-investiment kien bżonnjuż ferm u se jiżgura iktar effiċjenza fit-tlestija tal-proġetti.

Intant ġie spjegat li sar investiment ukoll f’żewġ mini-excavators ta’ erba’ tunnellati li se jintużaw għal xogħol ta’ tħaffir u li mistennija jaslu f’pajjiżna f’Mejju li ġej.

Public Works Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.