Il-Landscaping and Maintenance Unit jieħu ħsieb spazji pubbliċi bħal dak tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. Ġardinara u ħaddiema oħra impjegati mad-Dipartiment tagħna, jaħdmu bla heda kuljum biex spazji ħodor bħal dawn jinżammu fl-aħjar stat possibli tul l-istaġuni kollha tas-sena.