Is-somma ta’ €6,478 inġabret b’risq id-Dar tal-Providenza minn Ġirja bir-Roti li kienet organizzata mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi nhar il-Ħadd 27 t’Ottubru 2024.
Għal din l-attività kien hemm attendenza tajba ta’ parteċipanti, b’aktar minn 150 ċiklist li nġabru fil-Ġnien Formali f’Ta’ Qali minn fejn saqu r-roti lejn ir-Rabat u lura għall-punt tat-tluq.
Id-donazzjoni ġiet ippreżentata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mix-Xogħlijiet Pubbliċi, l-Onor. Omar Farrugia, lil Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, li min-naħa tiegħu rringrazzja lill-organizzaturi, il-voluntiera, l-isponsors u dawk kollha li pparteċipaw.