Struttura


L-istruttura tad-Dipartiment hija mfassla biex twettaq il-missjoni tiegħu b’mod effiċjenti u effettiv li taqdi l-ħtiġijiet tal-klijenti. Id-Dipartiment jinkorpora erba’ direttorati u taqsimiet varji, li kull wieħed minnhom huwa ffukat fuq oqsma distini ta’ responsabbilità, biex jiżgura li titwettaq l-funzjoni tiegħu b’effiċjenza.

Id-Direttorat għad-Disinn tal-Proġetti u l-Inġinerija huwa l-id prinċipali tad-Dipartiment
tax-Xogħlijiet Pubbliċi fid-disinn tal-proġetti. Dawn primarjament jikkonsistu fit-tisbiħ ta’ spazji pubbliċi, il-kostruzzjoni jew it-tisbiħ ta’ binjiet amministrattivi pubbliċi u proġetti oħra marbuta ma’ faċilitajiet sportivi.

Id-Direttorat għat-Twettiq tal-Proġetti iwettaq proġetti fdati lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi bil-ħaddiema tiegħu. Id-Direttorat jassisti wkoll lill-Kunsill Lokali fl-implimentazzjoni ta’ xogħlijiet fil-lokalità rispettiva. Is-servizzi li joffri dan id-Direttorat jikkonsistu f’xogħol ta’ skavar u kostruzzjoni, tibjid u żebgħa, tqegħid ta’ madum, pavimentar u xogħol ta’ waterproofing.

Id-Direttorat għal-Manifatturata u s-Servizzi jieħu ħsieb it-talbiet mill-Ministeru u
d-Dipartiment tiegħu, kif ukoll korpi governattivi oħra billi jipprovdi servizzi ta’ manifattura u manutenzjoni.

It-Taqsima Kostali u tal-Ilma tax-Xita jassessja u jimmitiga riskji relatati mal-erożjoni tal-blat, speċjalment fuq żoni ta’ għawm madwar il-kosta. Din it-Taqsima hija wkoll il-punt ta’ referenza għad-Direttorati l-oħra fid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi f’materja relatati ma’ mitigazzjoni effettiva tal-ilma tax-xita fil-proġetti tagħhom.