riċerka u ippjanar


Coastal-COVER (Coastal-Climate Overall Vulnerability and Exposure Risk) – strateġija għall-protezzjoni tal-kosta tal-Gżejjer Maltin u għal riskji tat-tibdil fil-klima

L-iżvilupp tal-istrateġija nazzjonali ‘Coastal-COVER’ għall-protezzjoni mir-riskji għall-kosta u tat-tibdil fil-klima, hija inizzjattiva ffinanzjata mill-Kummissjoni Ewropea taħt l-Istrument għal Assistenza Teknika, fuq talba li saret mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi (PWD) fi ħdan il-Ministeru għat-Transport, Infrastruttura u Proġeti Kapitali (MTIP), bi sħubija
tal-Awtorità għat-Turiżmu (MTA). L-għan tal-proġett hu li jaħseb għat-tibdil fil-klima u jassigura il-protezzjoni u l-immaniġġar tal-kosta b’mod li huwa ambjentalment u ekonokament sostenibbli.

Il-miri attwali tal-proġett huma li:

  1. jiżviluppa strument nazzjonali integrattiv li permezz tiegħu: tkun identifkata sensiela sħiħa ta’ prijoritajiet għal-policy sabiex tittaffa il-pressjoni fuq il-kosta, waqt li jiġu protetti u ppreservati ix-xtajta l-aktar esposti u vulnerabbli għal-proċessi u impatti.
  2. jevalwa r-riskji għall-kosta u jidentifika soluzzjonijiet sostenibbli u miżuri effettivi
    għall-protezzjoni, li jieħdu ħsieb l-impatti tat-tibdil fil-klima, l-immaniġġar integrat
    tar-riżorsi tal-baħar, tal-art u d-dinamika ta’ bejniethom.
  3. jippromovi koordinazzjoni bejn diversi Ministeri u stakeholders prinċipali, biex jiġu mwettqa l-miżuri għall-protezzjoni tal-kosta ta-Gzejjer Maltin, billi jistabbilixxi qafas strateġiku, ħolistiku u konsistenti fuq il-livell nazzjonali.

Il-konsorzju li ġie nkarigat iwettaq il-proġett huwa il-Coastal and Marine Union (EUCC) li għandu tim ċentrali ta’ esperti mill-Environmental Hydraulics Institute tal-Università ta’ Cantabria (IHCantabria), AKTIS Hydraulics, u l-Università ta’ Malta, u bis-sapport ta’ esperti oħra internazzjonali.

Il-proġett hu finanzjat mill-Unjoni Ewropea permezz tat-Technical Support Instrument.

B’ħidma u kooperazzjoni mall-Awtoritajiet Maltin il-PWD u l-MTA, it-tim ser jiffoka fuq
il-ħtieġa għal proċess ħolistiku u integrattiv, b-involviment u kommunikazzjoni
mall-entitajiet u stakeholders oħra. Il-proġett, li għandu valur ta’ €600,000 hu maħsub biex l-Awtoritajiet Maltin ikunu jistgħu jieħdu miżuri li jassiguraw is-sostenibiltà tal-funzjonijiet u l-attivitajiet li għandna fuq il-kosta kollha tal-Gżejjer Maltin.

Note for Editors:

TSI-2021-MTCOASTAL Coastal Protection Strategy for the Maltese Islands (nr.101049757)

Coastal SAGE (Satellite-Assistance Governance of Erosion)

Il-kosta hija waħda mill-aktar żoni frekwentati mill-pubbliku għal skopijiet ta’ rikreazzjoni. Madanakollu, il-ġeoloġija u proċessi naturali jwasslu biex f’ċerti nħawi il-blat u t-tafal jittieklu u jkunu kawża ta’ riskji għas-sigurtà tal-pubbliku.

Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ssieħeb mal-Università ta’ Malta fi proġett li qed jistudja kif nistgħu niżviluppaw teknika sabiex issir sorveljanza tat-tibdiliet fil-kosta permezz ta’ informazzjoni li tinġabar regolarment mis-satelliti fl-ispazju. Inkisbet assistenza mill-Aġenzija tal-Ewropa għall-Ispazju u l-Kunsill tax-Xjenza u t-Teknoloġija ta’ Malta, tħejja dan il-proġett u nkisbu l-fondi mill-Fond għar-Riċerka Spazjali.

Il-proġett Coastal SAGE (Satellite-Assistance Governance of Erosion) huwa mmirat biex jgħin fil-governanza tar-riskji mill-erożjoni tal-kosta bl-użu ta’ metodi u teknika għall-użu ta’ data miġbura mill-ispazju permezz tas-satelliti li jduru minn fuqna regolarment.

Coastal SAGE (Satellite-Assistance Governance of Erosion)

Il-proġett beda f’Settembru 2020 u ser ikompli sal-2023. Intgħażlu ħames siti madwar Malta u Għawdex li fuqhom qed isir dan l-istudju. Dawn is-siti għandhom ġeomorfoloġija differenti u jinkludu:

  1. Selmun
  2. Il-Majjistral ta’ Malta
  3. In-Nadur, Għawdex
  4. Delimara
  5. Għar Lapsi
Coastal SAGE (Satellite-Assistance Governance of Erosion)

Bdiet tinġabar informazzjoni minn dawn iż-żoni kostali flimkien mal-Università ta’ Malta biex isir monitoraġġ permezz ta’ kejl fuq il-post, użu ta’ strumenti speċjalizzati u osservazzjonijiet oħra. Ir-riżultati jitqabblu ma’ Earth Observation (EO) Data li tinġabar minn waħda mis-satelliti tal-Ewropa, Sentinel. Bl-għajnuna ta’ esperti oħa mill-Università ta’ Modena u l-Istitut Nazzjonali għar-Riċerka tal-Italja, qed tiġi żviluppata teknika u għodod bl-użu tal-AI (Artificial Intelligence). Permezz tar-riċerka ta’ dan il-proġett, huwa maħsub li l-metodi u r-riżultati jkunu ta’ użu għall-immaniġġjar tar-riskji mill-erożjoni
tal-kosta. Dan hu ta’ interess għal diversi entitajiet li qed ikunu involuti u ser jingħataw ukoll taħriġ f’din it-teknika bħala parti mill-proġett, ġaladarba tkun raffinata mill-ħidma
tal-proġett.

Għal aktar informazzjoni żur is-sit tal-proġett: https://www.um.edu.mt/projects/coastal-sage/