Protezzjoni tal-Kosta


Skall f’Little Armier, il-Mellieħa

L-iskall ta’ Little Armier ġie mibni mill-ġdid u mwessa’ biex jilqa’ għad-domada akbar ta’ użu mis-sidien ta’ dgħajjes fl-akwati.

Skall fil-Bajja tal-Mistra

L-iskall fil-Bajja tal-Mistra ġie mibni mill-ġdid wara li kien sofra ħsarat minħabba l-maltemp u n-nuqqas ta’ manutenzjoni fis-snin imgħoddija. Ix-xogħol huwa lest u l-iskall qed jintuza mis-sidien tad-dgħajjes fl-inħawi.

Ħarsien mid-dgħufija tal-blat minħabba l-erożjoni f’Għar Lapsi

Matul dawn l-aħħar snin saru diversi spezzjonijiet u interventi f’diversi postijiet madwar il-kosta ta’ Malta, biex jiġu stabbiliti mkejjen ta’ periklu tul il-kosta Maltija.

Ġew imwaħħla diversi sinjali madwar il-kosta, biex jindikaw iż-żoni meqjusa bħala ta’ periklu għall-pubbliku minħabba l-istat ġeoloġiku tal-blat. F’postijiet oħra ġie installat fence biex jillimita l-aċċess ta’ min ikun fl-akwati.

Ġiet installata xibka protettiva apposta tul il-blat meqjus bħala perikoluż f’Għar Lapsi. Din ix-xibka tal-istainless steel tkopri medda ta’ madwar 580 metru kwadru, u hija intenzjonata li żżomm il-blat li jkun qed jiddgħajjef u fil-periklu li jaqa’ minħabba l-erożjoni. B’hekk jiġi evitat periklu u dannu lill-pubbliku li jiffrekwenta din iż-żona tal-għawm tant popolari.