Faċilitajiet Sportivi


Bini ta’ grawnd tal-futbol u faċilitajiet anċillari fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn

Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-bini ta’ grawnd tal-futbol ta’ 90 metru tul u 45 metru wisgħa mgħammar bil-faċilitajiet kollha meħtieġa. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu wkoll il-bini ta’ ġibjun għall-ilma, dressing rooms, substation tal-elettriku u pumping station għad-drenaġġ.

Saru xogħlijiet tal-elettriku u mekkanici, u ġew installati CCTV cameras u floodlights. Tqiegħed it-turf artifiċjali u twaħlu l-lasti, il-bank tas-sostituti u l-aċċessorji kollha meħtieġa. Barraminhekk, inbniet sistema ta’ French drains għall-ilma tax-xita u sar xogħol ta’ asfaltar fil-parkeġġ tal-karozzi.

Tisbiħ tal-Kalkara Tennis Club ġewwa r-Rinella

Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-bini mill-ġdid tat-tennis court u f’tiswijiet fil-faċċata tal-clubhouse tal-Kalkara Tennis Club fir-Rinella. Ix-xogħlijiet kienu jinvolvu l-għoti ta’ art tal-konkos ġdida taħt it-tennis court u t-tqegħid ta’ wiċċ ġdid tal-asfalt fuqha. Inbniet stand żgħira għall-ispettaturi u twaħħal fence ġdid madwar it-tennis court flimkien ma’ tliet xatbiet ġodda. Sar ukoll tindif tal-faċċata tal-clubhouse flimkien ma’ tiswijiet, tikħil u żebgħa li kien hemm bżonn.

Bini ta’ grawnd tal-futbol u faċilitajiet anċillari fil-Park tal-Familja f’Wied il-Għajn

Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-bini ta’ grawnd tal-futbol ta’ 90 metru tul u 45 metru wisgħa mgħammar bil-faċilitajiet kollha meħtieġa. Ix-xogħlijiet kienu jinkludu wkoll il-bini ta’ ġibjun għall-ilma, dressing rooms, substation tal-elettriku u pumping station għad-drenaġġ.

Saru xogħlijiet tal-elettriku u mekkanici, u ġew installati CCTV cameras u floodlights. Tqiegħed it-turf artifiċjali u twaħlu l-lasti, il-bank tas-sostituti u l-aċċessorji kollha meħtieġa. Barraminhekk, inbniet sistema ta’ French drains għall-ilma tax-xita u sar xogħol ta’ asfaltar fil-parkeġġ tal-karozzi.

Il-Pitch tal-Waterpolo ta’ Birżebbuġa

Dan il-proġett kien jikkonsisti fil-bini u t-tlestija ta’ waterpolo pitch ta’ 33m tul u 25m wisgħa u clubhouse għall-klabb tal-waterpolo ta’ Birżebbuġa.

L-istruttura tal-konkos li tifforma l-waterpolo pitch tinkludi wkoll balancing tank u kamra għall-pompi, u hija mibnija fuq sistema ta’ piles u blokki magħmula minn konkos rinfurzat.

Il-clubhouse tinkludi ristorant, multi-purpose hall, kamra għall-kumitat, stores, changing rooms, showers, toilets u kiosk fil-livell tat-triq.

Xogħol ta’ tisbiħ u alterazzjonijiet fil-piċċ tal-boċċi ta’ Ħaż-Żabbar

Sar xogħol ta’ tisbiħ u rinovar fil-piċċ tal-boċċi ta’ Ħaż-Żabbar. Dan kien jinkludi alterazzjonijiet fit-turġien tal-madwar biex ikunu jistgħu jakkomodaw siġġijiet għal aktar kumdità u sigurtà tal-ispettaturi.

Ġie mqiegħed ukoll fencing ġdid u aktar sigur mad-dawra tal-piċċ, kif ukoll tikħil, manutenzjoni u żebgħa tal-post, filwaqt li jiġi livellat u mballat mill-ġdid ir-ramel tal-piċċ.