Ħaddiema mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed isegwu proċess ta’ manutenzjoni u tindif ta’ ġibjuni madwar Malta.  Dan ix-xogħol isir matul ix-xuhur tas-sajf biex il-ġibjuni jkunu lesti biex jiġbru l-ilmijiet tax-xita fix-xitwa. Barra minn hekk, dawn ix-xogħlijiet jgħinu biex jitnaqqsu l-għarar filwaqt li jkunu ta’ għajnuna għal-bdiewa tal-inħawi. Matul żjara li saret fil-ġibjun ta’ San Klement fiż-Żejtun, il-Ministru Chris Bonett u s-Segretarju Parlamentari Omar Farrugia tkellmu dwar l-importanza ta’ infrastruttura sostenibbli u l-użu responsabbli tal-ilma. Il-ġibjun, li jżomm madwar 2,500 metru kubu ta’ ilma, qed jitnaddef mill-ħamrija u materjal ieħor li jinġabar, u l-ħitan tal-ġibjun qed issirilhom manutenzjoni fuqhom.

Link 1
Link 2

Public Works Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.